Jien siġra tal-Milied


Jien siġra tal-Milied ġdida fjamanta. Kienet ix-xitwa tas-sena 22 fix-xahar ta' Diċembru, u kont qed nilgħab ma' ħija l-kbir. Bdejna nilagħbu min jiċċaqlaq jitlef ġol-foresta. Għaddew ħames siegħat u l-logħba jien irbaħtha. Għaddiet l-ġurnata u kif qomt nara lil xi ħadd jaqtgħa z-zokk tal-ħbieb u ta' ħija! Jien bdejt nibki, ħassejt li qatt m'jien sa nerġa' nara lil ħija u lill-ħbieb. Imbagħad ġie s- sinjur Abela u kif rani mill-ewwel ġie jiġri għalija daqs kemm kont sabiħ, qasamli z-zokk u ħadni. Kif wasalna id-dar tiegħu kien hemm żewġt itfal, waħda jisimha Rita u l-ieħor Ġanni u kien hemm is-sinjura Abela. Is-Sinjur Abela tafagħni fis-salott u bdew iżejnuni. Għamluli tinsel lewn dehbi, bozoz li jitfgħu u jixgħelu, blalen ikkuluriti, ċfuf ħomor u stilla tiddi fuq nett. Taf kemm bdejt nixgħel, trid seba' ghajnejn biex tarani! Is-sinjur Abela kellu idea tajba ħafna. L-idea kienet biex jagħmlu festin tal-Milied. Ġew iz-zija Anita, iz-ziju Kevin, in-nanna Mary, in-nannu Ġorġ u l-kuġini Sean u Amber.