Ir-Raħal fejn Noqgħod


Kalkara huwa raħal żgħir u sabiħ li jħares lejn il-Port il-Kbir. Kalkara għandha żewġ bajjiet li huma Rinella u x-xatt. Kalkara magħrufa għal bini ta' dgħajjes speċjalment id-dgħajsa Maltija u l-barklori. In-nies tal-lokal jieħdu sehem fir-regatta;tlielaq tad-dgħajjes. Il-Parroċċa hi dedikata lil San Ġużepp. Inbniet fl-1946 wara li l-ewwel knisja li kien hemm inkisret bil-bombi tat-tieni Gwerra Dinjija. L-istatwa ta' San Ġużepp hi magħmula mill-artist famuż Ferdinando Stuflesser. Insibu l-Forti Ricasoli li nbena mill-Granmastru Nicholas Cottoner bl-għajnuna ta' Giovanni Ricasoli. Inbena biex jipproteġi l-Port il-Kbir mit-Torok. Dan intuża ukoll mill-Ingliżi fejn użawh ukoll bħala ħabs. Fl-1724 il-Granmastru Manoel de Vilhena bena l-Forti tas-Salvatur biex jipproteġi d-daħla tal-Kalkara u l-Birgu u biex ikunu jistgħu jaraw il-Port il-Kbir. Villa Bighi nbniet fl-1650 minn Fra Govanni Bighi u fl-1813 fiż-żmien il- marda tal-ġdim kienet intużat bħala sptar.Wara l-Ingiżi użawh bħala sptar navali u issa qed iservi bħala skola Internazzjoli tar-Restawrazzjoni. Ħdejn ix-xatt hemm Villa Portelli li nbniet minn Sir Agostino Portelli bħala residenza tas-sajf. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija Saret ir-residenza tal-uffiċjal tal-bandiera u fl-1961 bdew jgħixu fiha l-Ammiralli. L-Esplora huwa ċentru Interrativ tax-xjenza.Dan jinstab ġewwa Bighi. Dan il-post hu addattat kemm għat-tfal kif ukoll għal adulti biex iqqabbad aktar kurżita dwar ix-xjenza. Wied Għammieq hu famuż għal dik il-kappella żgħira u ċ-ċimiterju li nbnew. Dawn ntużaw għal nies li mietu bil-kolera fis-sekku 19. Ir-raħal tiegħi jogħġobni u ma nbidlu ma mkien għax għandu storja partikolari.