Id- data = 24 ta' Diċembru 2023.

Il- ħin = 8 ta' filgħaxija.


Għażiż Djarju,

Illum kienet ġurnata tajba filgħodu bdejna ġurnata oħra. In- nies bdew jiġu qisu f'xi l- għaxra l- Belt bħas- soltu. Kien hemm nies mill- pajjiż u turisti. Jien dejjem ferħana minħabba li jien dejjem nidher isbaħ mill- oħrajn għax iktar moderna, wkoll għax kulħadd jaf ismi u għax in- nies joqgħod jgħaddu minni waqt il- ġurnata.


Xħin kien wara nofsinhar xi nies bdew jitilqu. Bdejt inxomm ir- riħa tfuħ tal- Mc Donalds, tal- iStarbucks u ta' ħafna iktar għax dak il- ħin in- nies imorru jieklu xi ħaġa. Kienet ħa taqagħli żaqqi għal xi Big Mac tal- Mc Donalds! Aqta' kif kienet tinżilli għasel.


Filgħaxija l- Belt tkun maħnuqa bin- nies! Ikun hemm ħafna nies mal- familja u l- ħbieb biex jaraw il- Belt fi żmien il- Milied. Ihobbu jarawni mżejna bid- dawl bi tllelix u l- ħwienet bl- affarijiet tal-Milied. Ukoll ikun hemm forsi xi nies ikantaw id- diski tal- Milied bil- Malti, bl- Ingliż u b'xi lingwi oħra.


Issa wasal il- ħin li nistrieħ f'dan is-skiet li taqtgħu b'sikkina, u nħalli lill- kenniesa jnaddfuni ħalli għada jerġgħu jsibuni nadifa tazza.

Triq ir- Repubblika.