Ġurnata fil-kampanja


Darba waħda l-mama` qalet, "Mariel, ejja imorru x'imkien fejn hemm arja nadifa." Oħti kienet ġejja magħna u staqsejna fejn konna sejrin u l-mama` ma qalet xejn. Jiena bdejt nippanikja u l- mama` qaltli biex nikkalma u jiena obdejt. Minn ġot-tieqa tal-karozza rajt il-kampanja u jiena kont qed nieħu gost. Il mama` għamlet l-ikel u fuq il-kutra. Jiena u oħti morna niġru fil-kampanja u l-papa` qalilna biex noqogħdu bravi u nerġaw niġu lura. Aħna morna 'il bogħod u rajna dudu twil. Il-mama` qalet li għandna bżonn imorru, għalhekk jiena u oħti morna fil-pront magħha. Wara li wasalna d-dar, morna norqdu raqda twila għal kwiet.