Il-Milied Magħna
Mill-vaganzi kollha li għandi, l-aktar li nħobb huma tal-Milied. Huwa l-isbaħ żmien tas-sena. Jien dejjem inqatta’ l-Milied mal-familja tiegħi.
Kull sena jien niċċelebrahom il-vaganzi tal-Milied fid-dar tiegħi. Nqatta’ ġimgħa mal-kuġini, z-zijiet u n-nanna. Nilagħbu fil-bitħa, nippreparaw ħelu tradizzjonali tal-Milied u nieħdu gost flimkien. L-iktar parti li togħġobni hi li nagħtu r-rigali lil xulxin. L-aktar li jiddejjaqni fil-Milied hu meta nirċievi ħwejjeġ bħal rigal.
Fil-ħamsa u għoxrin ta’ Diċembru nattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-Milied fil-knisja biex niċċelebraw it-twelid ta’ Bambin. Jien ma mmurx il-knisja f'nofs il-lejl, għax il-bard u norqod dak il-ħin. Hemm ukoll kunċert tal-Milied bil-kanzunetti fil-pjazza tar-raħal u jien u l-ġenituri tiegħi mmorru narawha. Nieħu sehem fil-purċissjoni fit-toroq u fid-dimostrazzjoni tal-Bambin.
Inħobb inżejjen id-dar u s-siġra tal-Milied. Meta kollox ikun lest nieħu ritratti biex niftakar dawn il-ġranet speċjali.
L-iktar ħaġa importanti hi li nkun mal-familja tiegħi u jkollna ħin sabiħ flimkien.