Il-Faqar
Meta tkun għaddejja b'ħajtek,
Ħares ftit madwarek,
Ara l-faqar u l-miżerja,
Għax dawn jiġu f'ħafna forom.
Tinkwetax jekk tħossok żgħira,
Tinkwetax jekk tħossok li ma
tista' tagħmel xejn,
Għal dak it-tifel jew tifla
żgħira,
Li fuq it-televizjoni rajt.
Il-faqar jinsab madwarna,
U mhux dejjem għax ma jkollokx
flus,
Tista' tkun qed tgħum fil-ġid,
Iżda waħdek, qed tfittex ħabib!