Qabel il-vaganzi tal-Għid, il-kuġin kien ferħan għax xtara l-ikbar bajda taċ-ċikkulata li kellu tal-ħanut. Poġġa din il-bajda fuq il-komodina tal-kamra tas-sodda tiegħu. Fil-kamra kellu ħafna imbarazz għax kien tifel traskurat u maħmuġ. Meta raqad il-bajda inqasmet u minnha ħarġu tlett iflieles. Il-flieles kienu beżlin ħafna u kif raw il-kamra tathom rashom u huma qabdu jiżbarazzawha. Poġġew il-pitazzi u l-kotba fil-basket tal-iskola,l-flokk mitwi pulit mad-dahar tas-siġġu u fuq is-siġġu għamlu l-ballun l-aħmar. X'ħin qam il-kuġin ra kollox f'postu u pulit. Ma setax jemmen lil għajnejh. Kien ħaseb li qed joħlom. Dak in-nhar fetaħ il-bajda u kien ħerqan biex jara x'se jsib fiha. Hu ma sabx xi ġugarell imma messaġġ biex ma jkunx traskurat aktar. Hu kiel biċċa mill-bajda u għoġbitu ħafna.
Il-Bajda Tal-Għid