Nikola Tesla
Nikola Tesla twieled fis-sena 1856 u miet fis-sena 1943. Tesla kien inventur u kien jaħdem fl-elettronika kif ukoll fuq it-teknoloġija tar-radju. Huwa skopra li l-magni li jaħdmu bl-elettriku jkun aħjar li kieku jaħdmu b'kurrent li jmur u jerġa' jiġi (AC).
B'din l-iskoperta kellu daqsxejn problemi mal-imgħallem tiegħu għax is-sur Edison kien jemmen li l-kurrent li jmur biss (DC) kien aħjar minn dak ta' Tesla pero fl-aħħar lil Tesla tawh ir-raġun.
Fis-sena 1912 it-tnejn li huma suppost rebħu il-premju Nobel, imma għax rashom iebsa baqgħu b'xejn it-tnejn li huma.