Email lil xi ħadd li naf





Għaziz Nikolaj,




 Kif int? Nittama li tinsab tajjeb u qiegħed għal qalbek il-Bulgarija.

Hemm x’temp għandkom? Qed jagħmel silġ? Hawn Malta tgħidx kemm qed tagħmel sħana allavolja ninsabu f’Diċembru. Is-soltu tkun kesħa xxoqq il-għadam iżda dis-sena għandna l-iktar xahar sħun f’sittin sena. Milied sħun se jkollna.

Hawn Malta għandek ħafna fejn tmur u tieħu pjaċir. Ibda mill-Belt Valletta, il-belt kapitali ta’ Malta, għax hemm ħafna ħwienet minn fejn tixtri jew tmur tiekol. U jekk tibqa' Malta għal naqra ħin tkun tista’ tara festa jew tnejn bħal żejt il-Żejtun, Il-Karnival ta’ Malta, Birgu bid-dawl tax-xemgħa u Notte Bianca.

Bajja San Tumas għalija huwa l-iktar bajja sabiħa f’Malta. L-ikel tradizzjonali u tajjeb għalija huwa Stuffat Tal-Fenek, Pastizzi, Ħobż biż-żejt u imbuljuta. Ħelu tipiku Malti, eż: il-qagħaq tal-għasel fi żmien Il-Milied u z-zeppoli fi żmien l-Għid. Tista’ tmur l-Valletta jew l-Imdina.

  Nispera li konvint biex tiġi dan il-pajjiż sabiħ Malta.



Saħħa,


            Thomas.