Ġurnata fil-Kampanja
Fil-vaganzi tal-Għid, il-familja u jien morna ġurnata fil-kampanja. Kien hemm ħafna siġar twal, fjuri sbieħ u ħaxix ħadrani. Ħadna l-ikel, xorb u ballun ikkulurit. Ħija u jien lagħbna bil-ballun ħdejn is-siġar. Ħija xxuttja 'l bogħod u minħabba f'hekk tlifna il-ballun. Morna nfittxuh u kif sibnih indunajna li konna tlifna t-triq lura lejn il-ġenituri.
Viċin tagħna sibna familja oħra li tatna l-mowbajl biex inċemplu lil ommi. Ommi kienet inkwetata għax ħasbet li mhux ħa terġa'tarana. Ftehemna magħha biex niltaqgħu fejn il-vann tal-ġelat u fi ftit ħin iltqajna m'ommi u dabbarna rasna lura lejn id-dar.