Fi tmiem il-ġimgħa ommi ma marritx xogħol biex toqgħod ġurnata miegħi.
Kieku taf kemm ilni nistenna din il-ġurnata, u fl-aħħar waslet!
Il-mama qaltli li wara nofsinhar nistgħu mmorru nixtru minn 'The Point'
F'moħħi diġa bdejt ngħid li din se tkun ġurnata tajba ħafna.
Ommi lestiet xi ħaga x' nieklu, biex wara nibdew nlestu biex nmorru.
Ħadna magħna ftit ilma x'nixorbu minħabba li kienet ħafna sħana.
Qabel ma morna Tas-Sliema morna naraw ftit lin-nanna.
Tlaqna m għand in-nanna u x'ħin wasalna mall-ewwel bdejna nixtru xi ħwejjeg għalina.
X'ħin konna hemm iltqajna mal-kuġin tal-mama li jismu Kurt.
Jien qabadni ftit ġuħ u ommi xtratli pakkett 'crisps' u flixkun luminata.
X'ħin konna hemm jien bdejt niġri u żlaqt żelqa u weġġajt ftit sieqi.
Wara li xtrajna morna nieklu pizza mir-ristorant favorit tiegħi.
X'ħin lestejna morna mixja ħdejn il-baħar u wara tlaqna lura lejn id-dar.
Kemm ħadt gost ġurnata m'ommi, x'ġurnata dik!