Tradizzjonijiet fuq il-Milied
Il-Milied huwa meta niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’ Bambin u għandu x’jaqsam ukoll ma’ tradizzjonijiet, dekorazzjonijiet u ikel tal-Milied.
Jiena nħobb il-purċissjoni bil-Bambin lejliet il-Milied. Ikun
hemm tal-Mużew ikantaw l-innijiet tal-Milied, is-simboli mixgħula u t-tfalikunu lebsin ta’ ragħajja. Aħna nżejnu il-Bambin fit-tieqa bil-ġulbiena u bid-dawl. Filgħaxija mmorru l-quddies ta’ nofsillejl. Kemm nieħu pjaċir meta nisima’ l-Prietka tat-tfal!
Wieħed mis-simboli u d-dekorazzjonijiet tal-Milied huma Santa
Klaws li jqassam ir-rigali. Kemm nieħu pjaċir narma l-presepju u nżejjen is-siġra tal-Milied bid-dawl iteptep u bil-blalen ikkuluriti. Aħna l-iskola kull sena nagħmlu s- ‘Secret Santa’, fejn nagħtu xi rigali żgħar lil xulxin. Dejjem taqgħali żaqqi għall-bastun taz-zokkor u dejjem nitlob ‘l ommi biex tixtrili minnhom.
L-ikel tradizzjonali tal-Milied kulħadd ikun qed jistennih
bil-ħerqa. Il-pudina tal-Milied tgħidx kemm tkun tajba, speċjalment dik li tagħmel in-nanna. Il-qagħaq tal-għasel tal- furnar ta’ ħdejna huma tajbin immens. Id-dundjan qatt ma jonqos fuq il-mejda waqt l-ikla tal-Milied.
Dawn it-tradizzjonijiet huma importanti biex ifakkruna
fit-twelid ta’ Ġesu’ u għandna napprezzawhom u nibqgħu nagħmluhom matul is-snin.
MASSIMO PARRELLA 6.1