L-aspirazzjonijiet u l-ħolm tiegħi għall-futur.
L-aspirazzjonijiet u l-ħolm tiegħi għall-futur huma li nixtri karozza li tkun sabiħa u tajba għat-tlielaq tal-kwart ta' mil fit-trakka ta' Ħal Far u nibda ntellaq biha.
F'moħħi għandi li kif nixtri l-karozza, ngħid lil missieri jiġi sal-garaxx jagħtini daqqa t'id biex inżarmawha kollha u nibdew narmawha bil-mod il-mod. Nibdew billi nneħħu l-magna li kellha u nitfgħu magna aktar b'saħħitha u veloċi daqs iljun. Sakemm il-mekkanik ilestilna l-magna kieku naħseb li missieri jkun jista' jibda jaħdem fuq il-'body' billi jagħtih l-isprej u jagħmlilha dak in-naqra ta' disinn addattat ghat-tlielaq. Ara kieku kif inkun fuq ix-xwiek biex naraha lesta.
Il-ħolma tiegħi hija li l-ewwel nibda nsuq ġewwa t-trakka ta' Ħal Far sakemm ikolli l-esperjenza mbagħad forsi nibda nsuq barra minn xtutna bħal St.Pod li tinsab ġewwa l-Ingilterra, min jaf!!!!! Min jaf kieku kemm niltaqa' ma' kompetituri barranin u nsiru ħbieb kbar!
Jien ħa nkompli noħlom ħalli forsi l-ħolma tiegħi xi darba ssir realtà.