Il-persuna favorita tiegħi
Il-persuna favorita tiegħi hija l-kuġina għaziza tiegħi Tamara. Hija għanda karattru mill-isbaħ, dejjem ferrieħa u dħulija. Tamara għanda xagħar dehbi twil u lixx u għandu mizbugħ ftit blu u roza. It-tul tagħha mhux qasira imma lanqas xi pilastru. Hija għandha wiċċa sabiħ u dejjem b'xi tbissima minn naħa sa naħa. Tamara daqt tgħalaq tmintax -il sena. Hija għadha qegħda tistudja l-iskola u tixtieq issir għalliema tat-tfal zgħar bħali. Jiena nammira ħafna lil kuġina tiegħi għax hija tferraħ lil kulħadd, taf tisma lil dak li jkun fil-bzonn u dejjem lesta biex tgħin lil kulħadd. Għalhekk ma nsib xejn fiha li ma jogħġobniex. Jiena la nikber nixtieq insir bħalha għax hija persuna mill-isbaħ.