Is-Supereroj.

Is-Supereroj favorita tiegħi hi Wonder Woman.Meta Wonder Woman kienet żgħira kienet taħdem ġo mużew imma meta kibret saret supereroj.



Wonder Woman għandha kostum speċjali.Il-kostum għandu żarbun blu u ftit aħmar u hu tal-metall.Għandha kuruna tal-metall ukoll. Għandha ħabel, xabla u brazzuletta.Wonder Woman għandha karattru timidu allura kulħadd jħobbha.Wonder Woman tħobb tkun waħedha għax ir-raġel tagħha kien miet.Hi baqgħet timmisjah.



Wonder Woman tgħin in-nies li jkunu fil-periklu u tiġġieled il-ħażin.Wonder Woman għandha poteri specjali bħal per eżempju kapaci tiġri ħafna u ferm b'saħħitha.



L-iktar ħaġa li togħġobni fiha hi li hi bniedma li tħobb tgħin u kuraġġuża filwaqt li l-iktar ħaġa li jddejjaqni fiha hi li tħobb toqgħod waħedha.