Dakinhar li kont barra u tqattghali ż-żarbun




Bidu: Fl-aħħar kienet waslet dik il-ġurnata tant mistennija!  


Kien il-Ħadd filgħodu. Jien tirt mis-sodda għax kienet waslet il-ġurnata li jien kont ser nagħmel il-praċett.  Kont fuq ix-xwiek biex nasal sal-mużew u l-knisja. Din kellha tkun ġurnata li mhu ser ninsa' qatt.


Problema u kif ħassejtek: Jien kont liebes kollox abjad karti. Kont dritt qisni xemgħa biex nibqa’ pulit u niġi nidher sew fir-ritratti.   Eżatti kif ħriġt mill-mużew u bdejt miexi fil-purċiżżjoni, flimkien mat-tfal l-oħra, sfortunatament, tgerbibt fit-tarġa u infetaħli ż-żarbun beraħ.  Xtaqt l-art tiblagħni u għamilt qalbi sewda. Għajnejja daruli fid-dmugħ u sirt aħmar nar. Kelli nimxi l-purċiżżjoni kollha nkaxkar saqajja u biż-żarbun miftuħ.


Solużżjoni: Fortunatament, hekk kif wasalna fuq ż-żuntier tal-knisja, kien hemm mara qalbha tajba, u hekk kif indunat xi ġrali tħassritni. Bit-tbissima tagħtni żewġ lasktu tax-xagħar u rabtithomli maż-żarbun. Nista’ ngħid li biddlitli l-burdata.


Konklużjoni: Illum il-ġurnata, kull meta nħares lejn r-ritratti, dejjem niftakar fil-memorja ta’ dakinhar. Ma kienx żarbun!  Dik kienet ġurnata li mhu ħa ninsa’ qatt.  Għallinqas kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid!!



Jayden Galea

Year 4.1

2 ta’ April, 2020