Email lil xi ħadd li naf

Għażiża zija Marlin,

kif inti l-ewwel nett? Nispera li kollo sew. Kif inhuma is-sekondi kuġini? Jien ħa nkelmek ftit dwar Malta.

Hawn Malta għandna ħafna tempji, fejn ngħixu jien u l-mama' (Ħal Tarxien) għandna tempji erbgħa passi 'l bogħod. Malta għanda forma ta' ħuta. Il-Belt kapitali tagħna huwa l-Belt Valletta. Fid-daħla tal-Belt hemm funtana daqsiex. Hemm triq ir-Repubblika l-Belt u teatru mwaqqgħa bil-bombi tal-gwerra. Kont taf li għandna 365 knisja f'Malta? Kumbinazjoni daqs kemm għandna f'sena. Jekk kuljum tmur knisja differenti, f'sena kollha żżurhom.

L-alfabett, kitba Maltija u l-Innu sabieħ tagħna ġie miktub minn Dun Karm Psaila. Dun Mikiel Xerri miet għal Malta. Jean De Valleutte huwa wkoll importanti ħafna. Għal tul ta' żmien kien jikkmandawna l-Ingliżi.

Għandna ħafna festi u ikel tradizzjonali. Il-festi favoriti tiegħi huma l-Milied, l-Għid il-Kbir u Żejt iż-Żejtun. Bħala ikel għandna pastizzi, kinnie, twisties, irkotta, ġbejniet, il-figola' (li tixtrihom biss fl-Għid il-Kbir) u ħafna iktar ikel. Ħafna mill-ħut jiġu minn Marsaxlokk.

Nispera li titħajjar tiġi hawn Malta u forsi narak dalwaqt. Il-mama' selmitlek.

Saħħa,

Ella Marie.