Santa Klaws u jien
Smajt ħoss qawwi ġej miċ-ċumnija. Mort tittawwal u ħaġa tal-iskantament, iltqajt ma' Santa Klaws.
Jien: Bonġu Santa Klaws, x'qiegħed tagħmel hawnhekk?
Santa Klaws: Bonġu! Kont qed inqassam ir-rigali u waqajt ġoċ-ċumnija.
Jien: Ġo dik il-barżakka hemm rigal għalija?
Santa Klaws:Int kif ġibt ruħek matul is-sena?
Jien: Din is-sena ġibt ruħi tajjeb.
Santa Klaws: Iva? Mela ħa noħroġlok ir-rigal.
Jien: Grazzi!
Santa Klaws fetaħ il-barżakka u ħareġ ir-rigal.
Santa Klaws: Mmh! X'riħa tfuħ! Kif qed taqsamli qalbi!
Jien: Eh! Ħa noħroġlok ir-raġel tal-ġinġer u l-ħalib taċ-ċikkulata sħuna.
Santa Klaws: Iva! Inti għamilthom?
Jien: Iva jien!
Santa Klaws: Mela ħa niekolhom!
Jien: Mela, bil-qalb kollha!
Santa Klaws: Vera!
Jien: Iva!
Santa Klaws: Grazzi!
Jien: Inti ġġibli r-rigali u jien inġiblek l-ikel!
Santa Klaws: Ħa ħa!
Santa Klaws infaqa' jidħaq kemm jiflaħ.
Jien: Nista' niġi magħkom?
Santa Klaws: Mela tista'.
Jien: Nista' wkoll nitma' liċ-ċriev?
Santa Klaws: Iva, pero' trid tixtri l-karrotti għax m'għandix.
Jien: Mela ħa mmur inġib mill-friġġ.
Santa Klaws: Sibt?
Jien: Iva!
Santa Klaws: Mela ejja ħa mmoru.