Meta ommi xtratli żarbun ġdid
Kien is-Sibt filgħodu. Tirt minn ġos-sodda
għax ommi kienet avżatni li ser immorru nixtru
żarbun ġdid għall-iskola mill-Belt Valletta.
Qatgħatli nifsi ndur minn ħanut għall-ieħor biex
forsi ssibli ż-żarbun idejali għalija. Fl-aħħar
dħalna għand Ninu taż-żraben. Dlonk għajni
marret fuq wieħed miż-żraben, li kien fuq l-ixkaffa tan-nofs. Hekk kif deffistu ġo saqajja ħadt ir-ruħ ġħax ġieni perfett. Bdejt indur u nagħqad fil-ħanut għax il-vera kien komdu. Kien abjad karti bil-faxx fil-ġenb. Kien tal-ġilda u jinqafel bil-lazz. Bdejt nimmmaġinani niġri bih fil-bitħa tal-iskola. Tant kont fuq ix-xwiek biex nilbsu, li bil-kemm tajt ċans lil ommi tħallas lil tal-ħanut. Tfajt iż-żarbun il-qadim fil-kaxxa biex nibda nżanżan iż-żarbun ġdid fjamant min dak il-ħin stess. Lanqas xtaqt inneħħieh minn ġo saqajja. Kont fuq ix-xwiek biex immur il-bandli li kien jinsab faċċata tal-ħanut.
Sfortunatament bit-tferfix li kelli, bilkemm ilħaqt wasalt sax-xatba tal-bandli li ma tgerbibtx fil-lazz taż-żarbun u waqajt għall-wiċċi. Ġibt qalbi sewda x`ħin indunajt li iż-żarbun ingirifli.
Minn dakinhar `l hawn ħadt tagħlima li dejjem għandi nisma’ minn ommi flokk nagħmel ta’ rasi.
Jayden Galea
Klassi year 4.1