Flip il-qattusa tal- iskipp
Il-ktieb jismu Flip Il-Qattusa Tal-Iskipp
u kitbitu Natalie Portelli. Fih għaxar
kapitli u erbgħa u sittin paġna.
L-istorja hija fuq ferħ ta' qattusa
jisimha Flip. Kienet tgħix ma' ommha
u ħutha. Filgħodu, wara li kienu jixorbu
mingħand ommhom, kienu joqogħdu
flimkien biex isaħħnu lil xulxin. Meta
kibru aktar ommhom marret issib l-ikel imma ma reġgħetx ġiet lura. Il-frieħ
infirdu u Flip spiċċat ġo skipp. Trakk ħa
l-iskipp ħdejn dar. Żewġ persuni sabu u żammew lil Flip. Darba waħda Flip intilfet għax ħarġet fil-bitħa u ħarbet. Imma fl-aħħar reġgħet sabet id-dar tagħha.
Dan il-ktieb għoġobni għax jirrakkonta storja dwar qattusa li wara li kellha avventura kerha fl-aħħar marret lura għand in-nies li kienu tant iħobbuha.