Ħolma sabiħa
Darba waħda ntfajt nistrieħ fuq is-sodda u marret għajni bija. Jiena ħlomt li kont ġo vettura spazjali. Il-vettura kellha lewn aħmar. Kienet kbira biżżejed biex noqgħod ġo fiha komdu bilqiegħda. Imbagħad ġie jattakkani aljien kattiv. L-aljien beda jisparali bombi aċedużi biex ikissirli l-vettura spazjali. F'ħin minnhom laqatni minn wara kif ukoll minn taħt. Bdejt nibża' ħafna għax il-vettura bdiet nieżla 'l isfel fil-vojt tal-ispazju. Ma stajtx insolvi din il-problema waħdi. F'daqqa waħda ġie super eroj u salvani minn ġol-vettura li kienet qiegħda tieħu n-nar. Infatti kellha ħafna duħħan ħiereġ mil-mutur. Flimkien jiena u s-super eroj irnexxielna naqbdu l-aljen il-kattiv billi żammejnieh b'ħabel oħxon. Fl-aħħar ħassejtn kburi.