Inċident il-bandli







Ilbieraħ Alex mar il-bandli tal-Kalkara. Wara ġew il-ħbieb ta' Alex, Sam u Robert u marru jilgħabu fuq iż-żipline. It- tfal iħobbu jmorru l-bandli għax hemm isibu iż-żurżieqa, ċ-ċaqlembuta, il-kastell u l-bandli. Waqt li kienu qed jilgħabu raw tifel ċkejken jolfoq. Huma tħassruh u marru jistaqsuh xi ġralu. B'qalbu sewda qallhom li kien tilef il-ferħ tal-qattusa s-sewda wara li kien ħarablu meta l-ferħ beda jipprova jaqbad il-farfett kkulurit. It-tfal bdew jgħajtu u jfittxu ma kullimkien. Ġara li faċċata tal-bandli, tifla oħra sabet il-ferħ tat-tifel. Hi kienet sabitu jnewwaħ ġor-razzett tan-nannu Ġino. Kollox għadda b'wiċċ il-ġid għax kulħadd kien kuntent se jtir.