Il-Qattus tas-Salott

Id-dar tan-nanna hija kbira u antika. Il-kamra tas-salott dejjem magħluqa. Darba waħda, meta n-nanna kienet rieqda, għelbitni l-kurżita u bil-mod dħalt fil-kamra. Fiha kien hemm sufan kbir u maġenbu kien hemm kamra żgħira fejn kien hemm ħafna ġugarelli tal-qtates. Kien hemm ukoll l-ikel u x xorb fi platti żgħar.


F'daqqa waħda smajt ħoss ta' qattus. Jien bdejt indur mal-kamra biex insib il-qattus. Wara ftit ħin infittex rajt qattus ta' lewn griż. Għajnejh kienu ħodor u kellu mnieħru roża u griż.


Minn dakinhar kull meta mmur għand in-nanna nidħol fil-kamra bil-moħbi u noqgħod nilgħab mal-qattus. Jien xorta bqajt ma għidt lil ħadd lil ħadd li dħalt fil-kamra u li rajt dan il-qattus.


Darba waħda meta mort nara lill-qattus rajt lin-nanna b'kaxxa żgħira f'idejha. Jien nħsadt meta rajtha se tidħol fil-kamra għax jien kont qrib il-bieb. Jien ġrejt minn hemm u għamilt taparsi kont se noqgħod bilqiegħda. In-nanna daħlet u wara ftit ħarġet xorta bil-kaxxa f'idejha. Il-kaxxa bdiet tiċċaqlaq ftit u jien kont naf li fil-kaxxa kien hemm xi ħaġa ħajja.


In-nanna ġiet lejja u tatni l-kaxxa. In-nanna qaltli, 'Din għalik.' Jien ftaħtha u fiha rajt il-qattus il-griż. Jien bdejt nifraħ ħafna. Wara ftit in-nanna saqsietni, ' X'se ssemieh?'


Jien irrispondejt, 'Ash.' Meta kont se mmur id-dar, irringrazzjajt lin-nanna minn qalbi.