FERDINANDO
Il-ktieb li qrajt jismu Ferdinando. Dan il-ktieb kitbu Munro Leaf u qalbu għall-Malti Victor Refalo. Din l-istorja hija avventura fuq barri. L-istorja seħħet ġo post fi Spanja. Il-karattru ewlieni hu Ferdinando li huwa barri kbir u sabiħ. Il-kulur tiegħu huwa iswed skur. Hu kien iħobb ħafna l-kampanja, kien iħobb joqgħod ħdejn fjura u joqgħod ixommha.
Il-parti li għoġbitni ħafna hija meta Ferdinando kien fl-arena, minflokk mar jiġġieled mar fejn it-tfal u ħa gost ixomm il-fjuri u sbuħija tagħhom. Għoġbitni ukoll il-parti fejn meta marru ħamest irġiel bi kpiepel strambi. Dawn riedu jagħżlu barri feroċi, għażlu lil Ferdinando għax rawh kbir u b'saħħtu. Imma ġew mkeċċijin mix-xogħol minħabba li Ferdinando ma riedx jiġġieled.
Naħseb li ma nħajjarx lil sħabi jaqrawh għax dan il-ktieb fih il-vjolenza fuq l-annimali. L-istorja hi dwar esperjenza kerha li għadda minnha Ferdinando.