Il-Ġimgħa Mark mar għand in nanna Ġużina. In nanna tagħtu bajda kbira tal-Għid. Mark kien tifel għażżien u traskurat. Mark daħal jorqod fil-kamra tiegħu li kient maħmuġa u mmlija imbarazz. Dak illejl ġrat xi ħaġa speċjali! Il-bajda infaqat u minn ġo fiha, ħarġu l-flieles. Dawn il-flieles beżżlin ħafna. Il-flieles bdew jiżbarazzaw il-kamra ta' Mark. Poġew il-ħwejjeġ fil-gwardarobba, tefaw il-ballun u elf ħaġa oħra. Meta qam filgħodu ma setax jifhem x'kien ġara. Sab il-kamra tiegħu nadifa. Kiel il-bajda u gawda l-Għid mal-familja tiegħu.