Il-Karattru ta' ktieb favorit tiegħi




Il-Karattru ta' ktieb favorit tiegħi hi Gretel. Dan il-karattru jagħmel parti mill-istorja Ħansel u Gretel mis-sensiela Naf Naqra.



Gretel tgħix mal-papa' u ma' ħuha f' dar żgħira. Il-ħbieb tagħha huma l-papa' u ħuha Ħansel. Gretel għandha wiċċha ovali u ismar, xuftejha roża, xagħarha kannella u għajnejha kannella wkoll. Gretel tilbes flokk antik aħdar u dublett isfar u kannella. Għandha karattru qalbieni. Xi kultant tkun imdejjaq u tibża' xi ftit iżda hi kuraġġuża u intelliġenti. Fl-istorja, Gretel salvat lil ħuha minn ġo gaġġa.



Togħġobni l-iktar għax għalkemm bdiet tibża' xorta għamlet il-kuraġġ u salvat lil ħuha u ħelset mis-saħħara! Imbagħad Gretel u Ħansel bdew isalvaw llil-annimali li kienu jgħixu fil-foresta!!!