Summer Challenge numru 2

Il-ktieb li bħalissa qed naqra jismu

'Il-Bawxati ta' Pietru Pitravu'. Kitbu

l-awtur Carmel G. Cauchi u kien

iddedikah lil ġenituri tiegħu. Qrajt

l-istejjer lil ħija l-kbir għax il-praspar

umoristiċi ta' Pietru jogħġbuh ħafna.

Waqt li inkun qed naqra, tgħidx kemm

nidħku bil-qalb. Din l-esperjenza

nagħmilha ta' spiss għax b'hekk ma

niddejjaqx naqra waħdi. Barra minn

hekk fejn insib xi problema f'xi kelma

li ma tantx għadha tintuża, ikun hemm

min jista' jgħini.