Darba waħda, jien, kuginti Yana u l-ħabiba tiegħi Alena, iddeċidejna li mmorru ġo dar abbandunata. Niftakar li kont fuq ix- xwiek u ma stajtx norqod bl-eċitament. L-għada, kif wasalna hemm, qalbna bdiet tħabbat sitta sitta.


Dħalna. Kien hemm dlam ċappa, u l-kuġina marret tixgħel id-dawl. F'radda ta' salib smajna ħoss jgħid li d-dwal ma jaħdmux. Smajt twerżieqa. Konna nafu sew li dik kienet it-twerżieqa tal-kuġina. Aħna bżajna, imma kif indunajna li l-kuġina ntilfet, bdiet tuġgħana rasna.


Morna nfittxuha. Kien hemm kesħa xoqq l-għadam. Taf kemm bżajna! Bdejna naħsbu li forsi ġara xi ħaġa, jew weġġħet. Wara nofs siegħa nfittxu f'din id-dar enormi sibna bieb.


Il-bieb kiien magħluq sew. Ippruvajna niftħuh u sibt ċavetta mal-art. Dħalna. Kienet kamra stramba...X'kien hemm? Forsi...kien hemm il-kuġina?...


Storja Avventuruża