L-Għid


Darba waħda kien hemm tifel jismu Samuel u qala' bajda tal-Għid. Samuel kien vera kuntent għax il-bajda tal-Għid kienet ikbar minn tas-soltu. Filgħaxija meta mar biex jorqod, huwa poġġa l-bajda fuq il-komodina. Waqt li Samuel kien rieqed il-bajda bdiet tinfetaħ bil-mod. Imbagħad minnha ħarġu tlett iflieles. Il-flieles bdew jiżbarazzaw il-kamra ta' Samuel għax kien hemm ħafna imbarazz mal-art. Filfatt Samuel kien tifel għażżien u traskurat.


Kif qam, Samuel sab il-kamra tiegħu nadifa tazza. Huwa ħares lejn il-komodina u l-bajda kienet għadha hemm. Kienet magħluqa. Wara ftit iddeċida li jiftaħha. Ġo fiha kien hemm din in-nota: 'Tkunx Trasskurat!'