X'nixtieq insir la nikber


Hemm ħafna affarijiet li nixtieq nagħmel meta nikber imma dentist l- iktar li nixtieq insir. Nixtieq li jkolli klinika tiegħi u nilbes l-uniformi l-bajda. Dan ix-xogħol jogħġobni għax niltaqa' ma' nies differenti. Jogħġobni wkoll għax inkun nista' nigħn lin-nies li jkollhom xi uġiegħ fi snienhom. L-unika ħaġa li ma jogħġobnix f'dan ix-xogħol hu li xi tfal jibżgħu mid-dentist. B'dan ix-xogħol nixtieq li nibda neduka iktar lit-tfal kif jieħdu ħsieb is-snien billi jaħsluhom ta' spiss u ma jieklux ħafna ħelu. Fil-familja tiegħi m'hemm ħadd li huwa dentist. Jien kont għażilt dan ix-xogħol għaliex meta kont żgħir il-mama' kienet ħaditni għand id-dentist għax kelli sinna qed tuġagħni u bħal qisu ghamel il-maġija u l-uġiegħ kien sparixxa! Dakinhar id-dentist kien tani gomma forma ta' sinna talli kont bravu . Minn dakinhar jien għamilt deċiżjoni li la nikber irrid insir dentist .