Dwari
1.Jiena Elston, tifel Malti ta' tmien snin u noqgħod ġo raħal jismu Kalkara.
2.Għandi xagħri kannella skur u lixx.
3.Għajnejja kbar u sbieħ u wiċċi tond b'imnieħer żgħir.
4.Widnejja puliti u ċkejknin.
5.Għal eta' li għandi jien twil mhux ħażin, irqiq u narmi s-saħħa.
6.Jien tifel ferrieħi, dħuli, ġentili u kwiet.
7.Jien inħobb nilgħab ma sħabi u ma niġġieled ma' ħadd.
8.Minħabba li jien iż-żgħir fil-familja, kulħadd ifissidni naqra.
9.Jien inħobb naqra stejjer tal-biża' u nikteb pulit ħafna.
10.Inħobb inpinġi ħafna u la nikber nixtieq insir awtur u disinjatur tal-komiks.
11.Jien maħbub ħafna għax onest.