Dakinhar li mort is-suq man-nanniet

Ilbieraħ fid-disgħa ta' filgħodu, jien, in-nanna Mary u n-nannu Żeppi morna il-

monti ta' Marsaxlokk. Morna bil-van tan-nannu l-monti.


Kif wasalna l-monti rajna folla nies. Konna qisna ġo kaxxa tas-sardin. Kif bdejna nimxu jien bdejt inxomm riħa tal-imqaret u n-nanna xtratli żewġt imqaret biex nikolhom. Ħames minuti wara bdejt nisma' ħafna sireni u kienu il-ġugarreli.


In-nannu ried jieqaf għand tal-krakar biex jixtri karkur għalih. Il-karkur b'disinji sbieħ. Il-karkur huwa aħmar u blu. Jiena u n-nanniet dorna naqra tal-ħwejjeġ. In-nanna Mary xtrat beritta lin-nannu u lil-papa' tiegħi. In-nannu Żeppi xtara par kalzetti ħoxnin.Wara tal-ħwejjeġ in-nannu xtrali donut ikkulurita u mimlija biċ-cikkulata u lewż.


In-nanna Mary marret għand tal-vażuni u ratt tal-Milied. L-ewwel marret żaret naqra tal-vażuni imma xejn ma' beda jogħġobha. Imbagħad morna għand tal-Millied u xtrat naqra blalen.


Fis-suq ħassejtni ferħan. Kif ġejna konna b'idejna mburġati. Nixtieq nerġa mmur għax ħadt ħafna gost!!!!!