Familja ġdida għal Ken
Is-Sinjur u s-Sinjura Cassar jgħixu l-Mellieħa. Waqt li kienu qed jieklu fuq it-
televiżjoni kienu qed jaraw program jismu 'Tixtieq Taddotta?' Huma m'għandomx
tfal allura bdew jaħsbu biex jaddottaw tifel mill-Indja.
Il-ġurnata ta’ wara marru fl-uffiċċju fejn jaddottaw it-tfal. Tawhom ħafna
informazzjoni fuq it-tfal u l-post fejn jgħixu. It-tfal jgħixu ġo djar żgħar, kulħadd
fuq xulxin. Il-post kien ikrah waħx u fqir ħafna. Is-Sinjur u is-Sinjura Cassar
iddeċidew li jaddottaw tifel jismu Ken.
Wara sena wasal Ken Malta fid-dar tas-Sinjur u Sinjura Cassar. Ken beda jħossu
imdejjaq, mistħi u waħdu u sewwed qalbu. Ken la kien jifhem il-Malti u anqas
jitkellmu. Hu ma kienx jaf il-lingwa Maltija u biex jurihom xi jrid kien jagħmel
sinjali b’idejh. Is-Sinjur u Sinjura Cassar xtrawlu ħafna affarijiet għax Ken wasal
Malta ta’ fuqu senduqu! Huma xtrawlu ġugarelli biex jilgħab bihom, ħwejjeġ u anke
tablet modern. Wara ftit ġimgħat xtrawlu kelb.X’ħin rah, kien ferħan se jtir.
Il-ħaja ta Ken se tkun ħafna aħjar għax għandu kollox li jrid, familja, kelb, ħwejjeġ
u dar fejn jgħix.