IL-PERSUNA FAVORITA TIEGHI





Il-persuna favorita tiegħi jisimha Kirsty. Kirsty hija l-kuġina tiegħi. Hija toqgħod Birżebbuġa.




Kirsty hija persuna twilla,irqiqa u għandha karnaġġjon ċar. Xagħarha huwa iswed u twil u għajnejha huma kannella ċari. Il-karattru ta' Kirsty huwa sabiħ ħafna għax hija tfajla ferriħija ħafna. Kirsty hija studenta fl-universita u l-passatemp tagħha huwa l-basketball. Hija tħobb torqod bis-'soft toys' magħha.



L-iktar ħaġa li nammira f'Kirsty hija li hi persuna dħulija u tħobb tilgħab miegħi. La nikber nixtieq li jkolli karattru bħal tagħha.