Serqa f'ħanut tal-ħelu


Il-mama tiegħi għandha il-ħanut tal-ħelu li jismu Ħelu Sabiħ bl-Imħabba ġewwa Ħal-Għaxaq. Darba minhom, f'nofsillejl, fil-ħin li ħanut ikun magħluq, ġrat waħda!



Dakinhar tlett ħallelin żgassaw il-bieb bl-lieva. Daħlu nkiss inkiss. Iżda l-ħallelin ma tatwx kas li meta xi ħadd jiżgassa l-bieb il-mama tkun taf għax għandha sirena żgħira fuq it-telefown. Din is-sirena tagħmel ħoss bħas-sirena tal-pulizija! Iċċempel ukoll lill-pulizija minnufih. Sakemm il-ħallelin bdew ifittxu l-flus, il-pulizija kienet quddiem il-ħanut! Il-ħallelin qabadhom il-paniku u ppruvaw jaħarbu jiġru , iżda l-pulizija leħqu qabduhom. Leħqet waslet il-mama u qalet lill-ħallelin bis-sirena żgħira.



Il-pulizija daħlu lill-ħallelin fil-karozza u kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid. Issa ħadd ma seta jweġġa għax il-ħallelin għandhom il-manetti!!! Apparti minn hekk il-ħallelin ma setgħux isibu l-flus għax il-mama kellha l-flus kollha d-dar!!!xxx