Ella
Serqa f'ħanut tal-ħelu!
Darba waħda jiena u oħti bdejna ninħaslu fil-banju.Meta lestejna morna fuq is-sufan
naraw it-televixin mal-mama' u l-papa'.Fit-tmienja u nofs jiena u oħti morna fil-kamra ħalli norqdu.
Ftit wara bdiet nieżla ħafna xita, jiena qomt daqskemm bdiet nieżla xita.Fil-ħabta tad-disgħa jiena rajt żewġ minn nies deħlin inkiss inkiss fil-ħanut tal-ħelu li kien hemm faċċata tad-dar tiegħi. Huma kienu lebsin ħwejjeġ suwed.Jien ma stajtx narah wiċċhom.Jiena ftakart li l-ħallelin jilbsu hekk.X'qatgħa ħadt,għax dak il-ħanut taz-zija Doris.Mort nqajjem lill-mama' u lill-papa'.Jiena rajt liz-zija Doris tgħin lil xi raġel xiħ.Ma tatx każ x'beda jiġri.Il-ħallelin kellhom moħħom jilħqilhom u naħseb kienu jafu li l-bieb ta' wara jkun miftuħ sakemm ikun miftuħ il-ħanut.Aħna morna fil-ħanut u aħna ma konniex nafu fejn kienu l-ħallelin allura morna fuq il-"cameras".Kulħadd beda jwerżaq! Kien hemm paniku kbir.Jiena mort inċempel lill-pulizija.Meta ġew il-pulizija bdew jaraw jekk ma serqux xi ħaġa,imma kulħadd kien ferħan li ma serqu xejn.Kollox spiċċa b'wiċċ il-
ġid u erġajna morna norqdu b'moħħna mistrieħ.