Lilla Mormijja Barra
Dan il-ktieb jismu 'Lilla Mormijja
Barra'. Kitbitu Natalie Portelli u
għandu għaxar kapitli u erbgħa u
sittin paġna.
L-istorja hija dwar Lilla, ġerwa li
kienet ġiet addottata minn raġel li kellu tifel jismu John. John u Lilla kienu jħobbu lil xulxin ħafna, imma omm John ma tantx kienet tħobbha lil Lilla għax kienet tħammeġ ħafna. Darba waħda omm u
missier John abbandunaw lil Lilla bla ma John kien jaf. Huma qalulu li kienet ħarbet. John kien imdejjaq ħafna. Lilla sabet ruħha waħedha imma fl-aħħar waslet ħdejn id-dar ta' waħda mara anzjana li tatha x'tiekol u ħadet ħsiebha. Wara Lilla spiċċat giet addottata minn tifel jismu Karl u kienet kuntenta ħafna.
Dan il-ktieb għoġobni ħafna għax jien inħobb ħafna l-annimali u għażiltu wkoll għax il-kelb li hemm fuq il-qoxra tal-ktieb huwa tar-razza tal-klieb favorita tiegħi.