X' tixtieq issir la tikber?
Meta nikber nixtieq insir għalliema.Irrid insir għalliema għax inkun nista niprepara lezzjonijiet
sbieħ.It-tip ta karatru li jrid ikollok biex issir għalliema hu li tkun paċenzjuza ħafna.Ma tantx ikollok bzonn tkun b saħħtek biex issir għalliema.Jiena mhux se nkun wahdi għax se jkolli LSE mieghi fil-klassi.Jiena l-iskola li se naħdem hija l-iskola li qegħda fiha jiena ghax sabiħa ħafna.Jiena u oħti dejjem impoġġu l-pupi fuq is-sufan u naghmlu qisna qegħdin
ngħallmuhom.Biex issir għalliema għandek bzonn tmur l-Universita.Wisq nibża li jkolli ħafna tfal imqarbin.Kemm nixieq nikber ħalli din il-ħolma issir vera.