Ħbieb ġodda mill-pjaneta Earth
Jien jisimni Antonia, aljena robot spazjali. Nixtieq ħafna nagħmel ħbieb ma' tfal minn pjaneta oħra għax jien dejjem waħdi. Bnejt robot kbir biex inkun nista' ntir bih u nżur il-pjaneta Earth. Ħadt ħafna gost nibnih, kif lestejt mill-ewwel tlajt fuqu u soqt għall-pjaneta Earth.
Kif wasalt rajt ħafna nies differenti, kien hemm minnhom żgħar u minnhom kbar. Kellhom il-ħwejjeġ differenti minn tiegħi għax jien nilbes ħwejjeġ tal-ħadid. In-nies ma kinux bħali kellhom il-ġisem kulur differenti minn tiegħi. Kif inżilt fuq il-pjaneta rajt tifla. Jien mort mill-ewwel insaqsiha jekk tridx tilgħab miegħi. Għall-ewwel beżgħet minni imma wara għamilna ħbieb. Ħaditni nżur il-pajjiż tagħha , xi ġmiel hawn kullimkien bis-siġar u arja friska. Qaltli li qegħdin ġo Malta u l-post jismu l-Buskett. It-tifla riedet tixtrili xi ħaġa jisimha ġelat, mmmm kemm kien tajjeb!
Beda jidlam u jien bdejt inħossni għajjiena. Il-ħabiba l-ġdida saqsietni jekk nistax norqod għandha. Imma jien kien sarli l-ħin biex immur inkompli nieħu ħsieb il-pjaneta tiegħi. Ħadt ħafna gost u żgur nerġa' niġi u nagħmel iżjed ħbieb.