L-Aħbar

nru.1098

Tsunami jeqred lil Malta

Jirrapporta Daniel Saliba

28 ta' April 2022

Bejn il-lejl tas-sitta u għoxrin u s-sebgħa u għoxrin t'April, kien lejl ta' maltemp kbir mimli sħab u xita. Kulħadd bit-twieqi magħluqin u jippruvaw jorqdu, imma n-nies qaluli li ma setgħux jorqdu għax il-maltempata saret agħar b'ħafna

sajjetti u ragħad.


Wieħed raġel beda jirrakkonta kif

mad-daqq tas-sireni kien ġej tsunami. Qalilna ukoll kif in-nies b'paniku kbir telqu jiġru x'imkien fil-għoli ħalli l-mewġ ma jiġborhomx u ma joħodhomx il-barra. Qalulna wkoll li t-toroq kienu mimlijin ilma tal-baħar, siġar imkisrin, arbli tad-dawl imwaqqgħin, karozzi maqlubin u ħafna affarijiet imkisrin. Kien hemm xi nies li qalulna li telgħu fuq binjiet għoljin u

salvaw lilhom infushom.


Għad irridu nkunu nafu kemm tela' n-numru ta' nies midruba.


Aktar informazzjoni u dettalji fil-ġurnal li jmiss.