Il-faqar


 


Meta tkun għaddejja b'ħajtek,

Ħares ftit 'l hawn u 'l hemm

madwarek,

Ara l-faqar u l-miżerja,

Għax dawn jiġu f'ħafna forom.


 


Tinkwetax jekk tħossok żgħira,

Tinkwetax jekk tħossok li ma

tista' tagħmel xejn,

Għal dak it-tifel jew tifla

żgħira,

Li fuq it-televizjoni tkun rajt.


 

Il-faqar jinsab madwarna,

U mhux dejjem għax ma jkollokx

flus,

Tista' tkun qed tgħum fil-ġid,

Iżda waħdek, qed tfittex ħabib!