Serqa f'ħanut tal-ħelu


Kien għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija. Żewġ ħallelin marru jagħmlu serqa ġo ħanut tal-ħelu. Huma daħlu fil-ħanut tal-ħelu tal-pjazza. Riedu jisirqu l-flus u l-ħelu. F'daqqa waħda ġew il-pulizija u qabdu l-ħallelin. Arrestawhom u mhux ser ikunu jistgħu jisirqu aktar għax ħaduhom il-ħabs.