L-aspirazzjonijiet u l-ħolm tiegħi għall-futur.

Il-ħolma tiegħi għall-futur hija li nsir għalliema tal-Ingliż.B'hekk inkun nista' ngħallem lingwa interessanti u bżonnjuża ukoll.Għalhekk naf ukoll li irrid nistudja biex inkun nista' ngħallem lit-tfal.


Jien nemmen li t-tfal jitgħallmu l-aktar b'logħob edukattiv u nteressanti fl-istess ħin.Tagħmlilhom attivitajiet eżempju proġetti fuq l-annimali u n-natura, noħroġhom fil-bitħa, ħruġ mal-ġenituri u ħafna oħrajn.Għax jien nemmen li t-tfal iridu jaraw l-iskola bħala gost u mhux ħaġa ta' bilfors.


Għalkemm ix-xogħol ta' għalliema mhux daqshekk faċli għax ġieli isib ċertu tfal ma jobdux imma fl-aħħar mill-aħħar ikollok sodisfazzjon meta tara t-tfal li tgħallem int stess jitgħallmu u jedukaw ruħhom.


It-tagħlim huwa importanti llum il-ġurnata għax minn eta' żgħira trid titfa' moħħok hemm u tiġri wara l-ħolm tiegħek. B'hekk jien irrid nistudja ħalli l-ħolma tal-ġejjieni tiegħi issir realta u nsir għalliema.