Dakinhar li mort is suq man-nanniet.
It-Tnejn 23 ta' Novembru 2021 mort is-suq man-nanniet. Morna bil-mixi għax is-suq tliet blokkijiet mid-dar. Morna f'xit-7:55 u wasalna d-dar fil-11:00. Aħna morna s-suq ta' Marsaxlokk. It-temp kien xemxi. Kien hemm folla nies.
Malli wasalna laqtuni l-bejjiegħa armati bl-affarijiet li jriedu jbiegħu. Anka fix-xita jridu jarmaw. Rajt ġugarelli, ikel, ħut, imqaret, suvinirs, ħaxix u frott. Smajt l-għajjat tal-bejjiegħa jgħajtu b'ħanġra daqsiex. Qishom qed jiġġieldu għall-prezzijiet. Smajt tfal jibku għax il-ġenituri ma xtrawlhomx li riedu. Xammejt ir-riħa tal-bigilla. Xtrawli xi ġugarelli, xi ikel u ħelu. In-nannu għoġbuh xi ħwejjeġ u xtrahom. Kulħadd xtara xi ħaġa. Riedu jiefqu jixtru xi ikel u ħwejjeġ. Jiena kont irid nieqaf nixtri xi ikel u ħwejjeġ. Jiena kont irid nieqaf nixtri xi ikel, ħelu, ħwejjeġ u ġugarelli li kelli bzonn.
Ħassejtni ferħana u għajjiena għax konna domna nduru. Nixtieq nerġa' mmur għax ħadt pjaċir.