Is-Siġra tal-Għid

Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. F'nofs il-lejl smajt ħoss ġej mill-ġnien. Għall-ewwel ħsibt li kienet xi għasfur jew xi qattusa imma mbagħad ridt inkun naf aktar għalhekk nżilt isfel u mort fil-ġnien biex nara x'kien il-ħoss.


Quddiemi rajt siġra kbira bil-weraq roża u bojod mimlija bajd tal-Għid ikkuluriti. Minnhom kienu kbar u minnhom kienu żgħar. Minnhom kienu biċ-ċirki, minnhom kienu bil-kwadri, minnhom bil-qlub u minnhom bl-istilel.


Jiena kont qed inħares lejn dawk il-bajd ikkuluriti u sbieħ meta f'daqqa waħda smajt vuċi ta' xi persuna tgħid "Bonġu, int min int?" Imma jiena ma rajt lil ħadd madwari. "Tgħid kienet is-siġra li qalet hekk?" għidt jien f'qalbi.


Wara xi minuta naħseb jiena weġibt lill-vuċi, "Jiena Eleni. Int min int u kif ġejt hawnhekk fil-ġnien tiegħi?" Il-vuċi qalet li kienet is-siġra li kienet qiegħda tkellimni.

"Il-fenek tal-Għid poġġa żerriegħa fil-ħamrija u kbirt malajr immnes. Imbagħad il-fenek telaq u ġejt inti," qaltli s-siġra.


"Imma għalfejn?" għidt f'qalbi bil-kurżita.

Is-siġra qisha kienet taf x'għidt u qaltli, "Għax il-fenek tal-Għid għejja jaħbi l-bajd allura se jibda jpoġġi żerriegħa fil-ħamrija tal-ġonna tad-djar u tikber siġra bħali."


Jiena staqsejtha, "Dawk il-bajd ikkuluriti taċ-ċikkulata?"

Is-siġra qaltli "iva" u jien tlajt fuqha, ġibt waħda, inżilt u kiltha. "Mmmmmm! Kemm hi tajba din il-bajda!" għidtilha wara li kilt il-bajda.


Imbagħad ftakart li ħuti setgħu jqumu, ma jarawnix hemmhekk u jgħidu lill-mama'! Allura jien għidt saħħa lis-siġra u mort niġri lura fis-sodda. Filgħodu kmieni ħuti qajmuni u qaluli "Għalfejn għandek karta ta' xi ċikkulata fil-but?" Jien ma weġibthomx.