Vjolettu l-Ittikkjat

Vjolettu kien aljen ġej mill-pjaneta Żola. Jismu hekk għax għandu il-kulur vjola, imma għandu ftit tikek sofor ukoll. Il-mostru hu ikrah b' wiċċ simpatiku. Vjolettu bla saqqajn jimxi bħall-bebbuxu. Fuq rasu għandu qrun twil u abjad u jużahom biex ibeżża' lill-aljeni kattivi. Vjolettu jħobb ħafna lil żaqqu, bil-lejl jidħol fid-djar tan-nies u jisraq l-ikel. Dan dejjem isib xi dar lussuża fejn jaf li ħa jkun hemm ħafna laħam u ħelu. Vjolettu kien jisraq l-ikel biex jitma' lill-sħabu l-aljeni. Vjolettu tant kien makakk u qatt ma nqabad, li ġabuh fuq l-aħbarijiet bħala l-ħalliel misterjuż.