Ġurnata fil-kampanja
Kien il-Ħadd u t-temp kien bnazzi ħafna. Kif qomna lbisna għax konna sejrin fil-kampanja. Dħalna ġol-karozza u tlaqna.
Domna naqra biex wasalna għax kien hemm ftit traffiku mhux ħazin. Fl-aħħar wasalna! Konna jien, il-mama', il-papa', oħti u l-kelba. Tfajna xugaman fuq il-ħaxix u bdejna nieklu mill-ikel li ħadna magħna. Ftit wara ġiet il-kuġina. Wara bdejna nilagħbu bil-ballun. F'daqqa waħda tawna 'hot dog'. Jien blajthom. Imbagħad mort dawra bir-rota. Rajt siġar kbar, ħaxix aħdar ma' kullimkien u fjuri sbieħ ħafna u kkuluriti.
Ħadt ħafna gost imma kont għajjien mejjet. Dabbarna rasna lejn id-dar. X'ġurnata dik!