Djalogu bejn Santa Klaws u Jien


Smajt ħoss qawwi ġej miċ- ċumnija. Mort tittawwal u ħaġa tal- iskantament, iltqajt ma' Santa Klaws.


Jien: Bonġu Santa Klaws, x'qiegħed tagħmel hawnhekk?


Santa Klaws: Bonġu! Kont qed inqassam ir-rigal u waqajt minn ġoċ-ċumnija.


Jien: Ġo dik il-barżakka hemm rigal għalija?


Santa Klaws: Int kif ġibt ruħek matul is-sena?


Jien: Mhux daqshekk tajjeb imma il- bqija kollox tajjeb.


Santa Klaws: Tajjeb qed tigħd il-verita.


Jien: Santa Klaws trid inġiblek xi ħaġa?


Santa Klaws: Iva, hekk kont se nistaqsik.


Jien: Ara ġej.


Jien mort inġiblu l-gallettini u l-ħalib. Santa Klaws u jien morna npoġġu sabiex nieħdu l-gallettini u l-ħalib.


Santa Klaws: Mmmmmm kemm huma tajbin dawn il-gallettini! Mhux ta' b'xejn ir-riħa tagħhom bdiet taqsamli qalbi! Min għamilhom?


Jien: Jiena ,l-mama', l-papa' u ħija ż- żgħir.


Santa Klaws: Trid nieħdok dawra miegħi?


Jien: Veru!?


Santa Klaws: Mela le.


Santa Klaws u jien morna fuq l-islitta tiegħu nqassmu r-rigali.


Jien: Kemm ħadt pjaċir!


Santa KLaws: Anke jien ħadt pjaċir!


Jien: Naħseb aħjar tmur għax issa sar ħafna ħin.


Santa Klaws: Iva, u qabel immur ħa r-rigal għax kont bravu.


Jien: Grazzi!