Djalogu fuq it-telefown bejnek u bejn iz-zija Frida.



DRINN, DRINN!!!!!!!


Jiena: Hellow! Min hemm?


Iz-zija Frida: Hellow Martina, jiena z-zija Frida.


Jiena: Aw zi kif inti?


Iz-zija Frida: Jiena tajba grazzi. U inti mort skola llum?


Jiena: Iva mort skola u kellna ħarġa sabiħa.


Iz-zija Frida: Ehe! Mela fejn mortu speċjali?


Jiena: Aħna morna l-Esplora li qegħda l-Kalkara.


Iz-zija Frida: Il-aħwa mela għidli naqra x'għamiltu.


Jiena: Tlaqna mill-iskola fid-disgħa ta' filgħodu u ma domniex biex wasalna. L-ewwel morna fil-kamra tal-mirja u sħabi tgħidx kemm daħqu meta raw lilhom infushom ħoxnin fl-ewwel mera. It-tieni post li morna kien fejn tat-tabib. Kien hemm xi ħaga li tista tagħmel sieqek fuqha, u meta timxi tkun taf kemm tħabbat qalbek kull minuta. Wara morna l-aħħar post li kien tar-robot. Aħna kellna it-tablet ta' l-iskola, u wżajnih biex immexxu r-robot, u stajna nbiddlu l-kulur tieghu.


Iz-zija Frida: Kemm mortu postijiet sbieħ. Ħa jkolli nħallik ħa nibda nsajjar. Ċaw sbejħa tiegħi.


Jiena: Ċaw zi! Il-kumplament tal-ġurnata t-tajba. Sellili għaz-ziju.