Nikola Tesla
7
Nikola Tesla twieled fis-sena 1856 u miet fl-1943. Kien
inventur Serbjan Amerikan li ħadem fuq l-elettriku u
t-teknoloġija tar-radju. Hu skopra li l-magni elettriċi
jaħdmu aħjar bl-użu ta' kurrent alternattiv (AC).Minħabba
f'hekk kellu diżgwid mal-inventur Thomas Edison fejn dan
kien jemmen li l-elettriku jgħaddi f'direzzjoni waħda
jiġifieri f'kurrent dirett (DC). Tesla kien innominat għall-
premju Nobel fis-sena 1912 bis-sħab ma' Edison. Hu
rrifjuta u għalhekk il-premju ma ngħatax.